Dikjarazzjoni bil-miktub ACTA 12/2010
{{#icon:GB.png|EN||Written_declaration_ACTA_12/2010}} EN -
{{#icon:ES.png|ES||Declaracion_por_escrito_ACTA_12/2010}} ES -
{{#icon:EE.png|ET||Kirjalik_deklaratsioon_ACTA_12/2010}} ET -
{{#icon:FI.png|FI||Kirjallinen_kannanotto_ACTA_12/2010}} FI -
{{#icon:FR.png|FR||Declaration_ecrite_ACTA_12/2010}} FR -
{{#icon:HU.png|HU||Írasbeli_nyilatkozat_ACTA_12/2010}} HU -
{{#icon:IT.png|IT||Dichiarazione_scritta_ACTA_12/2010}} IT -
{{#icon:LT.png|LT||Rasytinis_pareiskimas_ACTA_12/2010}} LT -
{{#icon:LV.png|LV||Rakstiska_deklaracija_ACTA_12/2010}} LV -
{{#icon:MT.png|MT||Dikjarazzjoni_bil-miktub_ACTA_12/2010}} MT -
{{#icon:NL.png|NL||Schriftelijke_verklaring_ACTA_12/2010}} NL -
{{#icon:PL.png|PL||Oswiadczenie_pisemne_ACTA_12/2010}} PL -
{{#icon:PT.png|PT||Declaracao_escrita_ACTA_12/2010}} PT -
{{#icon:RO.png|RO||Declaratie_scrisa_ACTA_12/2010}} RO -
{{#icon:SK.png|SK||Pisomne_vyhlasenie_ACTA_12/2010}} SK -
{{#icon:SI.png|SL||Pisna_izjava_ACTA_12/2010}} SL -
{{#icon:SE.png|SV||Skriftlig_forklaring_ACTA_12/2010}} SV -
{{#icon:BG.png|BG||ПИСМЕНА_ДЕКЛАРАЦИЯ_ACTA_12/2010}} BG -
{{#icon:CZ.png|CS||Pisemne_prohlaseni_ACTA_12/2010}} CS -
{{#icon:DK.png|DA||Skriftlig_erklaering_ACTA_12/2010}} DA -
{{#icon:DE.png|DE||Schriftliche_erklarung_ACTA_12/2010}} DE -
{{#icon:GR.png|EL||ΓΡΑΠΤΗ_ΔΗΛΩΣΗ_ACTA_12/2010}} EL
DIKJARAZZJONI BIL-MIKTUB
imressqa skont l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar in-nuqqas ta’ proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli
Françoise Castex, Zuzana Roithová, Alexander Alvaro, Stavros Lambrinidis
Data ta' skadenza: 17.6.2010
Dikjarazzjoni bil-miktub dwar in-nuqqas ta’ proċess trasparenti għall-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) u kontenut potenzjalment oġġezzjonabbli
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 123 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi n-negozjati marbutin mal-Ftehim Kummerċjali Kontra l-Falsifikazzjoni (ACTA) għadhom għaddejjin,
B. billi r-rwol ta’ kodeċiżjoni tal-Parlament f’materji kummerċjali u l-aċċess li għandu għad-dokumenti tan-negozjati huma ggarantiti mit-Trattat ta' Lisbona,
1. Huwa tal-fehma li l-ftehim propost ma għandux indirettament jimponi l-armonizzazjoni tad-dritt tal-UE fuq il-jeddijiet tal-awtur, il-privattivi jew it-trademark, u li l-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu jkun irrispettat;
2. Jiddikjara li l-Kummissjoni għandha minnufih tagħmel pubblikament disponibbli d-dokumenti kollha marbutin man-negozjati li għaddejjin bħalissa;
3. Huwa tal-fehma li l-ftehim propost ma għandux iġiegħel li jkun hemm limitazzjonijiet fuq is-smigħ xieraq ġudizzjarju jew idgħajjef il-jeddijiet fundamentali bħalma huwa l-jedd tal-espressjoni u l-jedd għall-privatezza;
4. Jisħaq li r-riskji ekonomiċi u ta’ innovazzjoni għandhom jiġu vvalutati qabelma jiddaħħlu s-sanzjonijiet kriminali fejn ġa jeżistu miżuri ċivili;
5. Huwa tal-fehma li dawk li jipprovdu s-servizz tal-internet ma għandhomx ikunu responsabbli għad-data li jitrażmettu jew jospitaw permezz tas-servizzi tagħhom sa tal punt li tkun meħtieġa s-sorvelja, jew il-filtraġġ, ta' tali data;
6. Jindika li kull miżura mmirata lejn it-tisħiħ tal-poteri tal-ispezzjonijiet transkonfinali u l-qbid tal-beni ma għandhomx jiddanneġġaw l-aċċess globali għal mediċini legali, siguri u li għandhom prezz li jiflaħ għalih kulħadd;
7. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-dikjarazzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-parlamenti tal-Istati Membri.